Il-Valuri Bażiċi

Il-protesta storika tal-Għaqda ġewwa l-Imsida.

Il-Valuri Bażiċi tal-Moviment Patrijotti Maltin (dawk li bl-Ingliż jissejħu core-values) huma ċċentrati fuq il-valuri, il-bżonnijiet, it-twemmin u l-kultura Maltija. F’dawn is-sitt punti li ġejjin jesprimu l-valuri bażiċi tal-Moviment u ser ikunu l-bażi tal-manifest elettorali li l-Moviment ser jippreżenta aktar ’il-quddiem.

Il-Punti Bażiċi tal-Moviment Patrijotti Maltin:

1. Il-Moviment Patrijotti Maltin jiddikjara li huwa kontra l-Integrazzjoni sfurzata u imposta fuqna mingħajr ma l-Gvern għandu mandat elettorali u mingħajr ma hi spjegata sewwa lill-poplu Malti eżattament xi tfisser.

2. Il-Moviment jesiġi li għandha titrażżan l-invażjoni attwali minn ħaddiema barranin li minħabba fiha qed jitlef ħobżu l-ħaddiem Malti, li jinstab waħdu jikkumbatti kontra ċ-cheap labour, id-drittijiet imnaqqra, il-prekarjat, kif ukoll problema ta’ housing u prezzijiet tal-kera li issa huma ta’ theddida serja għall-but tal-ħaddiema Maltin.

3. Il-Moviment se jaħdem sabiex tinkixef in-nuqqas ta’ rieda tajba favur il-ħaddiema Maltin fil-qasam lokali, kif immexxija mill-partiti politiċi Maltin bil-kollaborazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

4. Il-Moviment jesiġi tmexxija iktar denja u trasparenti, li tixraq lill-Poplu Malti.

5. Il-Moviment jiddikjara li jridu jiġu ndirrizzati l-problemi serji ta’ sigurtà nazzjonali u li jappoġġja bla ebda riżerva lil-dawk li jaħdmu f’dan il-qasam tant meħtieġ għal art twelidna.

6. Il-Moviment se jaħdem sabiex jiġu ri-attivati n-negozjati mal-Unjoni Ewropea u li tiġi msaħħa il-politika barranija Maltija ma’ stati barranin sakemm dawn it-trattati huma ta’ vantaġġ għaċ-ċittadin Malti, ħaġa li fil-preżent żgur mhux il-każ. Fejn naraw li jista’ jkun hemm titjib fis-sitwazzjoni tal-Maltin, aħna nħossuna fid-dmir li ninnegozjaw mal-Unjoni Ewropea bħalma diġà qed jagħmlu pajjiżi oħrajn.

Comments are closed