Press Release tal-Moviment

Illum bgħatna Press Release numru 1. tal-MPM fejn għaddejna lill-Istampa l-filmat tal-Konferenza Stampa ta’ nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, kif ukoll kopja tat-test uffiċjali, u tlabna biex jiġu kkwotati biss dawn is-sorsi u XEJN AKTAR.  Infakkru li diġà kien hemm il-każ ta’ Timmy Diacono tal-MaltaToday li kiteb mingħajr ma kien preżenti kif ukoll il-każ tal-PBS li għalkemm kienu preżenti qabdu u għamlu l-konklużjonijiet tagħhom (apparti li għamlu wkoll pastażata ta’ ffilmjar minn cameraperson li ma kienx preżenti l-ħin kollu fis-sala, dan barra mill-fatt ukoll li min editja l-filmat, għaffeġ kemm felaħ). Il-Kummissjoni Elettorali imxiet fuq ir-rappurtaġġ żbaljat tal-PBS mingħajr ma qabel iċċekkjat il-fatti magħna. Ġentilment infakkru li min jipprova jagħmel l-ostakli lill-MPM ikun qed ikun anti-demokratiku u li min jeħodha kontra d-demokrazija u jqarraq, ser isib problemi kbar jistennewh fi tmiem l-avventura sewda li jkun beda hu stess.

Press Release

Comments are closed