Il-Moviment jipprotesta mal-Awtorità tax-Xandir

Wara t-tħabbira uffiċjali tat-twaqqif tal-partit, TVM ħabbru b’mod żbaljat (u wara spiċċa wkoll ikkwotat minn diversi ġurnali),  illi s-Segretarju tal-Għaqda s-Sur Henry Battistino, stqarr li l-istatut tal-Moviment kien diġà aċċettat mill-Kummissjoni Elettorali meta fil-fatt dan qal sempliċiment li dan kien biss “sottomess”.

B’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni Elettorali ġustament ħarġet stqarrija illi dan ma kienx minnu u li l-istatut tal-Moviment kien għadu fill-fatt mhux approvat.

Kien għallhekk li l-Moviment kien imġiegħel iqajjem protest mal-Awtorita tax-Xandir f’dan ir-rigward:

Bir-rispett kollu lejn kulħadd inħabbru li għadna kif għamilna ilment uffiċjali kontra TVM News tal-PBS liċ-Chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir:

Kliem is-Segretarju rrapurtati ħażin.

Leave a Reply